Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2009 - Centre national de la recherche scientifique vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre national de la recherche scientifique (Pariġi, Franza) (rappreżentant: N. Lenoir, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta' Awwissu 2009 dwar it-tpaċija bejn l-ammont riċevibbli mnissel mill-Kuntratt FP7 239108 ICT - VAMDC/=PF=, minn naħa, u l-allegat ammont riċevibbli dovut lill-Komunità dovut mis-CNRS u mitlub abbażi tal-Kuntratt NEMAGENETAG, min-naħa l-oħra;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, is-Centre national de la recherche scientifique (CNRS) jitlob l-annullament tal-att ta' tpaċija, li jinsab fid-Deċiżjoni BUDG/C3 D(2009) 10.5 - 1232, tat-28 ta' Awwissu 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni rkuprat is-somom imħallsa lir-rikorrent fil-kuntest tal-Kuntratt NEMAGENETAG dwar proġett tas-sitt programm-qafas ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku.

Insostennn tal-motiv tiegħu, ir-rikorrent iressaq tliet motivi bbażati:

fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża sa fejn id-Deċiżjoni ttieħdet mingħajr ma l-Kummissjoni eżaminat l-elementi dettaljati tar-risposta tas-CNRS għar-rapport tal-verifika finali;

fuq żbalji ta' liġi u żbalji manfesti fl-evalwazzjoni tal-fatti li jaffettwaw id-Deċiżjoni u li wasslu lill-Kummissjoni, minn naħa, sabiex tiċħad infiq billi emendat il-kriterji ta' evalwazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli u, min-naħa l-oħra, sabiex teskludi b'mod żbaljat elementi probatorji tal-ispejjeż inkorsi għall-proġett;

fuq ksur tal-Artikolu 73(1) tar-Regolament Finanzjarju, sa fejn, fl-ewwel lok, l-ammont riċevibbli kkontestat ma setax jitqies bħala "ċert, ta' ammont fiss u dovut" minħabba n-natura serja tal-kontestazzjoni li huwa kien is-suġġett tagħha, fit-tieni lok, l-ammontI ricevibili, li taw lok għal tpaċija bejniethom, ma setgħux jitqiesu bħala reciproċi, peress li wieħed huwa kollettiv, filwaqt li l-ieħor huwa personali, u fl-aħħar nett l-ammont ta' finanzjament minn qabel dovut taħt il-Kuntratt VAMXC ma kienx dovut fil-mument tal-adozzjoni tal-att ta' tpaċija.

____________