Language of document :

Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2022 minn Trebor Robert Bilkiewicz mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Ottubru 2022 fil-Kawża T-273/21 – The Bazooka Companies vs EUIPO

(Kawża C-783/22 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Trebor Robert Bilkiewicz (rappreżentant: P. Ratnicki-Kiczka, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, The Bazooka Companies, Inc.

Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Frar 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li l-Appellant għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________