Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-623/13) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jirrigwardaw żewġ proċeduri nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni – Dokumenti mibgħuta lill-Kummissjoni minn awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-kooperazzjoni prevista mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Assenza ta’ obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess ladarba l-investigazzjoni inkwistjoni tkun ingħalqet – Assenza ta’ neċessità ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li titlob il-produzzjoni tad-dokumenti kontenzjużi – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari ta’ min iressaq it-talba”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, K. Petersen u A. Lippstreu, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2013 li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-korrispondenza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Comisión Nacional de la Competencia (CNC, kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni Spanjola), dwar żewġ proċeduri nazzjonali mibdija minn din tal-aħħar.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Unión de Almacenistas de Hierros de España għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.