Language of document : ECLI:EU:T:2021:619


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas16 ta’ Settembru 2021 – H&H vs EUIPO – Giuliani (Swisse)

(Kawża T486/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Swisse – Rikors inċidentali – Suġġett tar-rikors – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Persuni li jistgħu jippreżentaw rikors u jkunu parti fil-kawża – Persuni kkonċernati minn deċiżjoni li ma tilqax it-talbiet tagħhom – Deċiżjoni li tilqa’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità abbażi ta’ parti mill-argumenti mressqa – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(4))

(ara l-punti 32, 33, 35)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(3))

(ara l-punt 40)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Stabbiliment mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u affermazzjoni mill-ġdid mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punt 43)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Giuliani SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura relatata mar-rikors inċidentali.

3)

L-Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-oriġini tal-kosmetiċi Svizzeri (Swisscos), Health and Happiness (H&H) Hong Kong Ltd, l-Uffiċċju tal-proprjetà intellettwali tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talba għal intervent ta’ Swisscos fil-kuntest ta’ rikors inċidentali.