Language of document :

Kawża C596/14

Ana de Diego Porras

vs

Ministerio de Defensa

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Kunċett ta’ ‘kondizzjonijiet ta’ l-impjieg’ – Allowance għax-xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol – Allowance mhux previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal kuntratti ta’ xogħol temporanju – Differenza fit-trattament meta mqabbla mal-ħaddiema għal żmien indeterminat”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016

1.        Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Għanijiet

(Direttiva tal-Kunsill 1999/70)

2.        Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Kondizzjonijiet tal-impjieg – Kunċett – Allowance mħallas lil ħaddiem minħabba x-xoljiment tal-kuntratt tiegħu – Inklużjoni

(Direttiva tal‑Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4(1))

3.        Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni ta’ ħaddiema għal żmien determinat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta l-allowance ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol lill-ħaddiem impjegat taħt kuntrat ta’ “interinidad” iżda mogħti lill-ħaddiema għal żmien indeterminat li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Assenza

(Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4)

4.        Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Kamp ta’ applikazzjoni – Differenzi fit-trattament bejn ċerti kategoriji ta’ ħaddiema għal żmien indeterminat – Esklużjoni

(Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, klawżola 4)

5.        Politika soċjali – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Direttiva 1999/70 – Ħaddiema li jagħmlu xogħol identiku jew simili – Kunċett – Ħaddiema li jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Natura tax-xogħol, kundizzjonijiet ta’ taħriġ u kundizzjonijiet ta’ xogħol – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

(Direttiva tal‑Kunsill 1999/70, Anness, klawżoli 3(2) u 4(1))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 25)

2.      Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ kondizzjonijiet tal-impjieg jinkludi l-kumpens li persuna li timpjega hija obbligata tħallas lil ħaddiem minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu għal zmien determinat.

Fil-fatt, il-kriterju deċiżiv sabiex jiġi determinat jekk miżura taqax taħt l-imsemmi kunċett huwa preċiżament dak tal-impjieg, jiġifieri tar-relazzjoni ta’ impjieg bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah.

Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas li teskludi mid-definizzjoni tal-kunċett ta’ kondizzjonijiet tal-impjieg, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat twassal sabiex tnaqqas, għad-detriment tal-għan assenjat lill-imsemmija dispożizzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat kontra d-diskriminazzjonijiet.

Peress li l-allowance huwa allokat lill-ħaddiem minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu li jorbtu mal-persuna li timpjegah u li dan jissodisfa l-kriterju tal-impjieg iċċitat iktar 'il fuq, huwa għaldaqstant jaqa’ taħt il-kunċett ta’ kondizzjonijiet tal-impjieg.

(ara l-punti 28, 30-32, dispożittiv 1)

3.      Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ kondizzjonijiet tal-impjieg fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta kwalunkwe allowance ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiem impjegat permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol “interinidad” minkejja li tippermetti li tali allowance jingħata, b’mod partikolari, lill-ħaddiema komparabbli impjegati għal żmien indeterminat. Il-fatt biss li dan il-ħaddiem ikun temm ix-xogħol tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol ta’ “interinidad” ma jistax jikkostitwixxi raġuni oġġettiva, li tiġġustifika r-rifjut li l-imsemmi ħaddiem jista’ jibbenefika minn dan l-allowance.

Fil-fatt, hemm differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema għal żmien determinat u l-ħaddiema għal żmien indeterminat, sa fejn b’mod differenti mill-ħaddiema rreklutati taħt kuntratt ta’ xogħol indeterminat, il-ħaddiema taħt kuntratt ta’ xogħol “interinidad” ma jirċievi ebda allowance fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt tagħhom, u dan irrispettivament mit-tul tal-perijodi ta’ servizzi kompluti.

Fil-fatt, l-użu tal-unika natura temporanja tax-xogħol tal-persunal tal‑amministrazzjoni pubblika ma hijiex konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti u b’hekk ma tistax tammonta għal raġuni oġġettiva fis-sens tal-klawżola 4(1) u/jew (4) tal-ftehim qafas. Fil-fatt, l-aċċettazzjoni tal-argument li n-natura temporanja ta’ relazzjoni ta’ impjieg hija suffiċjenti sabiex tiġġustifika differenza fit-trattament bejn ħaddiema għal żmien determinat u ħaddiema għal żmien indeterminat iġġib fix-xejn l-għanijiet tad-Direttiva 1999/70 kif ukoll ta’ dan il-Ftehim qafas u tipperpetwa l-manteniment ta’ sitwazzjoni sfavorevoli għall-ħaddiema għal żmien determinat .

(ara l-punti 36, 4752, dispożittiv 2)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37, 38)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 40, 42)