Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2011 - BytyOKD vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-559/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Sdružení nájemníků BytyOKD.cz (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Pelikán, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4927, tat-13 ta' Lulju 2011, fil-kawża dwar għajnuna mill-Istat Nru SA.25076 (2011/NN) - Repubblika Ċeka, Privatizzazzjoni tal-kumpannija OKD a.s. mill-kumpannija Karbon Invest a.s;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq ksur, mill-Kummissjoni, tal-Artikolu 108(3) TFUE billi ma fetħitx proċedura ta' investigazzjoni formali fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE minkejja li, skont ir-rikorrenti, matul l-eżami preliminari hija ltaqgħet ma' diffikultajiet serji fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura eżaminata tar-Repubblika Ċeka mas-suq komuni. Billi għamlet hekk, il-konvenuta ċaħħdet lir-rikorrenti mid-drittijiet proċedurali tagħha, li kienu jkunu ggarantiti fil-kuntest ta' proċedura ta' investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 8(2) TFUE.

____________