Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Lulju 2012 - Sartorius Weighing Technology vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' kurva safra fix-xifer ta' isfel ta' unità ta' viżwalizzazzjoni)

(Kawża T-331/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sartorius Weighing Technology GmbH (Göttingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Welkerling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Mejju 2012, fil-Każ R 1783/2011-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade marka oħra, li tirrappreżenta kurva safra fix-xifer ta' isfel ta' unità ta' viżwalizzazzjoni elettronika, għal prodotti fil-klassijiet 7, 9, 10 u 11

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

____________