Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2024 – Fashion Box vs EUIPO – Ghostthinker (RE:PLAY)

(Kawża T-164/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fashion Box SpA (Asolo, l-Italja) (rappreżentanti: A. Parassina u A. Giovannardi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ghostthinker GmbH (Augsburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RE:PLAY – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 376 980

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 424/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 376 980 għal RE:PLAY;

tikkundanna lill-Ghostthinker GmbH għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ amministrazzjoni tajba.

____________