Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2024 – DI vs Il-Parlament

(Kawża T-173/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: DI (rappreżentanti: S . Rodríguez Bajón u A. Gómez-Acebo Dennes, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2024 tal-Presidenta tal-Parlament Ewropew dwar il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tar-rikorrenti;

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2024 tal-Presidenta tal-Parlament Ewropew li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni ta’ ċanfira minħabba l-aġir tiegħu li jikkostitwixxi fastidju psikoloġiku;

tannulla kull azzjoni marbuta mal-atti preċedenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-termini proċedurali.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ kunfidenzjalità u ta’ diliġenza fl-ipproċessar ta’ data personali.

____________