Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Frar 2024 – “Unigames” UAB vs Lošimų priežiūros tarnyba prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-120/24, Unigames)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: “Unigames” UAB

Konvenut: Lošimų priežiūros tarnyba prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikolu 10(19) tal-Lietuvos Respublikos azartinių lošimų įstatymas (il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Logħob tal-Azzard), sa fejn din tirrigwarda informazzjoni dwar il-logħob tal-azzard ippubblikata fis-sit tal-internet ta’ operatur tal-logħob tal-azzard, tikkostitwixxi “regolament tekniku” fis-sens tal-Artikolu 1(1)(f) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni)?

Id-Direttiva 2015/1535 għandha tiġi interpretata fis-sens li dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal ma hija l-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Logħob tal-Azzard, li għandha tiġi kkomunikata skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2015/1535 meta din titqies li hija “regolament tekniku”, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(f) tal-istess direttiva, ma tistax tiġi infurzata kontra operaturi ekonomiċi akkużati bi ksur amministrattiv jekk il-modifiki għad-dispożizzjoni meqjusa bħala regolament tekniku ma jkunux ġew ikkomunikati, filwaqt li l-verżjoni preċedenti tal-liġi kienet ġiet innotifikata?

____________

1     ĠU 2015, L 241, p. 1.