Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Deichmann vs EUIPO – Vans (V)

(Kawża T-848/16) 1

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea V – Trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti V – Prova tal-eżistenza, tal-validità u tal-portata tal-protezzjoni ta’ trade mark preċedenti rreġistrata – Regola 19(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 [li sar l-Artikolu 7(2)(a)(ii) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625]”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Söder u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Hirsch, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2129/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deichmann u Vans.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-20 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2129/2015-4) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti minn Deichmann SE.

Vans., Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 38, 6.2.2017.