Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Lulju 2011 - SIR vs Il-Kunsill

(Kawża T-142/11 R)

"Miżuri provviżorji - Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire - Iffriżar ta' fondi - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-kawża prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société ivoirienne de raffinage (SIR) (Abidjan, Côte d'Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex, b'mod konformi mal-Artikolu 278 TFUE, tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________