Language of document : ECLI:EU:T:2015:913





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Novembru 2015 –
Actega Terra vs UASI – Heidelberger Druckmaschinen (FoodSafe)

(Kawża T‑766/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali FoodSafe – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 14)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 15)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark verbali FoodSafe (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 21-23)

4.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li jikkonċernaw motivi assoluti għal rifjut – Eżami limitat għall-motivi invokati – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatti magħrufa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1), 52, 55 u 76(1)) (ara l-punti 31-34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2440/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Heidelberger Druckmaschinen AG u Actega Terra GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Actega Terra GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.