Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Novembru 2009 - Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore et vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-313/08 sa T-318/08 u T-320/08 sa T-328/08) 1 ("Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 530/2008 - Irkupru tal-istokkijiet tat-tonn - Stabbiliment tat-TAC għas-sena 2008 - Att ta' portata ġenerali - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc (Catane, l-Italja) u s-sittax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness mad-digriet (rappreżentanti: A. Maiorana, A. De Matteis u A. De Francesco, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Banks u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, li jistabbilixxi miżuri ta' emerġenza fir-rigward ta' bastimenti bil-purse seines li jistadu għat-tonn fl-Oċean Atlantiku, fil-Lvant tal-lonġitudni 45° W, u fil-Baħar Mediterran (ĠU L 155, p. 9)
Dispożittiv
Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.
Ir-rikorrenti, Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore Snc u s-sittax-il rikorrent l-ieħor li isimhom jidher fl-anness, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
____________1 - ĠU C 272, 25.10.2008.