Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2011 - Hultafors Group vs UASI - Società Italiana Calzature (Snickers)
(Kawża T-537/11)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hultafors Group AB (Bollebygd, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. Rasmussen u T. Swanstrøm, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Società Italiana Calzature SpA (Milano, l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Awwissu 2011, fil-Każ 2519/2010-4; u
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tat-terzi persuni, inkluż dawk sostnuti matul l-appell u l-proċedimenti ta' oppożizzjoni.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-abjad u bl-iswed "Snickers", għal prodotti fil-klassijiet 8, 9 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3740719
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark Taljana Nru 348149 tat-trade mark "KICKERS", għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 16, 18, 24, 25, 28, 32 u 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha inkwistjoni
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b'mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn l-applikazzjoni għat-trade mark u t-trade mark ikkontestata.
____________