Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fis-6 ta’ Frar 2024 – Proċeduri kriminali kontra HL

(Kawża C-91/24, Aucroix 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-proċeduri prinċipali

Procureur général de Mons

HL

Domandi preliminari

Meta l-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ikunu kkonstataw li, fil-każ ta’ konsenja tal-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti, jeżisti riskju li d-drittijiet fundamentali ta’ din il-persuna jiġu miksura b’konnessjoni mal-eżekuzzjoni tas-sentenza barranija, b’tali mod li jkun hemm lok li tiġi rrifjutata l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri 1 , għandu jiġi interpretat bħala li jobbliga lil dawn il-qrati tal-Istat ta’ eżekuzzjoni jeżaminaw, sabiex jiġi evitat li din il-persuna rikjesta li jkollha n-nazzjonalità ta’ dan l-Istat jew li fih hija tkun tirrisjedi tibqa’ mingħajr piena, jekk hemmx lok li tiġi ordnata, konformement mad-dispożizzjoni li tittrasponi l-Artikolu 4(6) msemmi iktar ’il fuq fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, l-eżekuzzjoni, fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-piena ta’ priġunerija mogħtija lill-persuna kkonċernata fl-Istat membru ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, piena li hija koperta minn dan l-Artikolu?

____________

1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, u rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.