Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2010 - Industrias Francisco Ivars vs UASI - Motive (Ridutturi tal-veloċità)
(Kawża T-246/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Industrias Francisco Ivars, SL (Xeraco, Spanja) (rappreżentanti: E. Caballero Oliver u A. Sanz-Bermell u Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Motive Srl
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, konsegwentement tiċħad l-oppożizzjoni ppreżentata minn MOTIVE S.r.L., u tiddikjara li l-għoti tad-Disinn Komunitarju Nru 000625702-001 għal "ridutturi" huwa fondat;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn Komunitarju Nru 625702-0001 għal "ridutturi" fil-klassi 15/01 (muturi)
Proprjetarju tad-disinnKomunitarju: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Motive S.r.l.
Disinn tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn Komunitarju Nru 73952-0001.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u disinn Komunitarju kkonċernat iddikjarat invalidu.
Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 4, 5 u 7 tar-Regolament Nru 6/2002, dwar id-disinji Komunitarji.
____________