Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2013 – Meskarian vs Il-Kunsill

(Kawża T-71/12) 1

(“Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Irtirar mil-lista tal-persuni kkonċernati – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohammed Reza Meskarian (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u F. Zaiwalla, solicitors, D. Wyatt, QC, u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-punt 13 tat-Tabella A tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), u tal-punt 13 tat-Tabella A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà fil-konfront tar-rikorrent tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 109, 14.04.2012.