Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2024 – Sport-Point vs EUIPO – Imperial (QUIET PLEASE)
(Kawża T-97/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sport-Point Holding GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Imperial SpA (Funo di Argelato, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea QUIET PLEASE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 320 939
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 1012/2023-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-applikazzjoni Nru 18 320 939 tiġi aċċettata għar-reġistrazzjoni
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________