Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2010 – Asenbaum vs UASI (WIENER WERKSTÄTTE)
(Kawżi T-230/08 u T-231/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali WIENER WERKSTÄTTE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 33, 42, 43)
Suġġett
| Rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ April 2008 (Każijiet R 1573/2006‑4 u R 1571/2006‑4), dwar żewġ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIENER WERKSTÄTTE bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Paul Asenbaum |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade marks verbali WIENER WERKSTÄTTE għal prodotti fil-klassijiet 6, 11, 14, 16, 20, 21 u 34 (Applikazzjoni Nru 4133501) kif ukoll għal prodotti fil-klassi 14 (Applikazzjoni Nru 4207783) |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni miċħuda |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appelli miċħuda |
Dispożittiv
1) | | Il-Kawżi T‑230/08 u T‑231/08 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) | | Ir-rikorsi huma miċħuda. |
3) | | P. Asenbaum huwa kkundannat għall-ispejjeż. |