Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ġunju 2008 - Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel vs UASI - Schwarzbräu (ALASKA)
(Kawża T-225/08)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mineralbrunnen Rhön-Sprudel Egon Schindel GmbH (Ebersburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Wadenbach, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Schwarzbräu GmbH (Zusmarshausen, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 (Każ R 877/2004-4);
tħassar kompletament it-trade mark Komunitarja Nru 505 552 "ALASKA" minħabba raġunijet assoluti għal rifjut ta' reġistrazzjoni;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;
sussidjarjament, tiddikkjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 505 552 "ALASKA" ta' l-anqas għall-prodotti segwenti: "ilma minerali u ilma bil-gass u kull tip ieħor ta' xorb mhux alkoħoliku fil-klassi 32".
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva "ALASKA" għall-prodotti fil-klassi 32 (trade mark Komunitarja Nru 505 552).
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Schwarzbräu GmbH
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell tar-rikorrenti
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.
1 ____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p. 1)