Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2013 – Exakt Advanced Technologies vs UASI - Exakt Precision Tools (EXAKT)
(Kawża T-37/13) 1
(“Trade mark Komunitarja – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Exakt Advanced Technologies GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Bismarck, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Exakt Precision Tools Ltd (Aberdeen, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ottubru 2012, (Każ R 1764/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Exakt Advanced Technologies GmbH u Exakt Precision Tools Ltd.
Dispożittiv
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll l-ispejjeż tal-konvenut.
____________1 ĠU C 86, 23.03.2013.