Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2013 – Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-541/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Abertis Telecom, SA (Barcelona, Spanja) u Retevisión I, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Cases Pallarés, J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1 tagħha, sa fejn din tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;
b’konsegwenza ta’ dan tannulla l-ordnijiet ta’ rkupru previsti fl-Artikoli 3 u 4 tad-deċiżjoni;
bħala miżura ta’ organizzazjoni tal-proċedura, tordna lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport dwar l-ispejjeż ipprovdut minn ASTRA, u
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda kkontestata fil-Kawża T-462/13, Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi diġà invokati fl-imsemmija kawża.