Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Roller vs EUIPO – Flex Equipos de Descanso (Dormillo)

(Kawża T-597/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali Dormillo – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti DORMILON – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roller GmbH & Co. KG (Gelsenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Zürbig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Flex Equipos de Descanso, SA (Getafe, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2847/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Flex Equipos de Descanso u Roller.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Roller GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 390, 16.11.2020.