Language of document : ECLI:EU:T:2012:525





Digriet tal-Qorti tal-Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2012 — ClientEarth vs Il-Kunsill

(Kawża T-62/12)

“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill dwar abbozz ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni — Konferma tar-rifjut tal-għoti tal-aċċess sħiħ — Inammissibbiltà — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE — Att konfermatorju”

Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti tal-Kunsill wara talba ġdida — Deċiżjoni li ma tidentifikax fatti ġodda u li ma tagħmilx riferiment għall-motivazzjoni tal-ewwel deċiżjoni — Att purament konfermattiv — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4(7), 6(1), 7 u 8(1)) (ara l-punti 19-39)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011, li għandha r-referenza 24/c/01/11, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għall-opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni (dokument Nru 6865/09) dwar l-abbozz ta’ emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ta’ regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja.

3)

ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż.