Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2024 – Global 8 Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-277/23) 1

(“Rikors għal annullament – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ kull inġenju tal-ajru mhux irreġistrat fir-Russja, li jkun il-proprjetà, mikri, jew ikkontrollat b’xi mod ieħor minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp Russu milli jinżel, jitlaq, jew itir fit-territorju tal-Unjoni – Artikolu 3d tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Global 8 Airlines (Bichkek, Kirghizstan) (rappreżentanti: E. Novicāne u K. Novicāns, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bruti Liberati, M. Carpus Carcea u B. Sasinowska, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea, li biha ġiet informata fl-20 ta’ Marzu 2023, dwar l-inklużjoni ta’ żewġ ġettijiet tan-negozju ħfief li jappartjenu lilha f’lista ta’ inġenji tal-ajru suġġetti għall-projbizzjoni li jinżlu, jitilqu, jew itiru fit-territorju tal-Unjoni, skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/334 tat-28 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 57, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Global 8 Airlines għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess relatati mat-talba għal intervent.

____________

1     ĠU C 252, 17.7.2023.