Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2011 - Present Service Ullrich vs UASI - Punt-Nou (babilu)
(Kawża T-66/11)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Present Service Ullrich Verwaltungs-GmbH (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Graf von Kalckreuth, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Punt-Nou, SL (Ontynient, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2010 fil-Każ R 773/2010-2;
tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikant għat-trade mark "babilu" u tiddikjara li t-trade mark "babilu" għandha tiġi rreġistrata għall-prodotti u s-servizzi kollha li għalihom saret applikazzjoni;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Present Service ullrich Verwaltungs-GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "babilu", għal prodotti u servizzi fil-klassijiniet 16, 18, 35, 36, 38 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7205305
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Punt-Nou, SL
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Komunitarja rreġistrata taħt in-Nru 3363645 għat-trade mark verbali "BABIDU", għal, fost oħrajn, is-servizzi fil-klassi 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa kompletament
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks minn naħa tal-pubbliku rilevanti.
____________