Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativa Regionale per l'Abruzzo (l-Italja) fil-25 ta' Lulju 2012 - Consiglio Nazionale degli Ingegneri vs Comune di Castelvecchio Subequo, Comune di Barisciano

(Kawża C-352/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativa Regioanle per l'Abruzzo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Consiglio Nazionale degli Ingegneri

Konvenuti: Comune di Castelvecchio Subequo, Comune di Barisciano

Domandi preliminari

Id-Direttiva 2004/18/KE  tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2)(a) u (d), l-Artikolu 2, l-Artikolu 28 u l-kategoriji 8 u 12 tal-Anness II, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-istabbiliment ta' strumenti ta' ftehim bil-miktub bejn żewġ awtoritajiet kontraenti għall-attività ta' sostenn tal-Komuni relatati mal-istudju, mal-analiżi u mal-proġett għall-bini mill-ġdid taċ-ċentri storiċi tal-Komuni ta' Barisciano u ta' Castelvecchio Subequo, kif speċifikati aħjar fl-istrument tekniku anness mal-kuntratt u kif individwati mil-liġi settorjali nazzjonali u reġjonali, bil-ħlas ta' korrispettiv li ma jidhirx b'mod manifest li ma jammontax għal remunerazzjoni, meta l-amministrazzjoni responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-missjoni tkun tista' tadotta l-kwalità ta' operatur ekonomiku?

B'mod partikolari, id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta' Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2)(a) u (d), l-Artikolu 2, l-Artikolu 28 u l-kategoriji 8 u 12 tal-Anness II, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-istabbiliment ta' strumenti ta' ftehim bil-miktub bejn żewġ awtoritajiet kontraenti għall-attività ta' sostenn tal-Komuni relatati mal-istudju, mal-analiżi u mal-proġett għall-bini mill-ġdid taċ-ċentri storiċi tal-Komuni ta' Barisciano u ta' Castelvecchio Subequo, kif speċifikati aħjar fl-istrument tekniku anness mal-kuntratt u kif individwati mil-liġi settorjali nazzjonali u reġjonali, bil-ħlas ta' korrispettiv li ma jidhirx b'mod manifest li ma jammontax għal remunerazzjoni, meta l-għoti dirett tal-kuntratt jkun immotivat espressament minn liġijiet primarji u sekondarji adottati wara l-emerġenza u b'kont meħud tal-interessi pubbliċi speċifiċi esposti?

____________

1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.