Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2008 - Kido Industrial vs UASI - Amberes (SCORPIONEXO)

(Kawża T-152/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Kido Industrial Ltd (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Mall, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Amberes, SA

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI Nru R 0287/2007-1 u tad-Diviżjoni ta' Oppożizzjoni Nru B 855 728, u

tikkundanna lill-kumpannija Amberes għall-ispejjeż ta' l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "SCORPIONEXO" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.886.249) għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Amberes, S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade marks figurattivi Spanjoli (Nru 339.142, Nru 499.599, Nru 499.600 u Nru 339.140) u internazzjonali (Nru 206.346 u Nru 206.437) komposti minn disinn ta' skorpjun u l-kelma "ESCORPION", għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 12, 16, 20, 21 u 28; u 22, 24, 25 u 26, rispettivament. Trade mark verbali Spanjola "ESCORPION" (Nru 555.764), għal prodotti fil-klassi 25. Trade mark verbali Komunitarja "ESCORPION" (Nru 778.217) għal prodotti fil-klassijiet 22,24,25 u 26.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni, li bbażat ruħha unikament fuq it-trade mark figurattiva preċedenti Spanjola Nru 339,142 laqgħet l-oppożizzjoni għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28, u ċaħdet kompletament l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' dawn il-prodotti.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: applikazzjoni mhux korretta ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________