Language of document :

Sentenza tal‒Qorti tal‒Ġustizzja (It‒Tielet Awla) tad‒19 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal‒College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il‒Pajjiżi l‒Baxxi) – Vion Livestock BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken

(Kawża C-383/16) 1

[Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni – Regolament (UE) Nru 817/2010 – Regolament (KE) Nru 1/2005 – Obbligu li tiġi aġġornata kopja tal-ktieb tal-vjaġġ sal-wasla tal-annimali fil-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali – Irkuprar ta’ ammonti mħallsin indebitament]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vion Livestock BV

Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 817/2010, tas-16 ta’ Settembru 2010, li jippreskrivi regoli dettaljati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-għoti ta’ rifużjonijiet konnessi mal-welfare tal-annimali tal-ifrat ħajjin matul it-trasport għall-għoti tal-ħlas lura għall-esportazzjoni, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 817/2010, kif ukoll il-punti 3, 7 u 8 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimbors ta’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni skont ir-Regolament Nru 817/2010 jistgħu jkunu meħtieġa meta t-trasportatur ta’ annimali tal-ifrat ma żammx aġġornat il-ktieb tal-vjaġġ previst fl-Anness II tar-Regolament Nru 1/2005 sal-post tal-ewwel ħatt fil-pajjiż terz tad-destinazzjoni finali.

____________

1     ĠU C 371, 10.10.2016.