Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa - il-Litwanja) – Proċedura mibdija minn minn Sergejs Buivids

(Kawża C-345/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ipproċessar ta’ data personali – Direttiva 95/46/KE – Artikolu 3 – Kamp ta’ applikazzjoni – Reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa tal-pulizija matul l-eżekuzzjoni ta’ atti ta’ natura proċedurali – Pubblikazzjoni fuq sit Internet ta’ videos – Artikolu 9 – Ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu – Kunċett – Libertà tal-espressjoni – Protezzjoni tal-ħajja privata)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Sergejs Buivids

Fil-preżenza ta’: Datu valsts inspekcija

Dispożittiv

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva r-reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa, waqt għoti ta’ xhieda, u l-pubblikazzjoni tal-video rreġistrat b’dan il-mod fuq sit Internet ta’ videos fejn l-utenti jistgħu jibagħtu, jaraw u jaqsmu dawn tal-aħħar.

L-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri r-reġistrazzjoni video ta’ membri tal-pulizija f’għassa, waqt għoti ta’ xhieda, u l-pubblikazzjoni tal-video rreġistrat b’dan il-mod fuq sit Internet ta’ videos fejn l-utenti jistgħu jibagħtu, jaraw u jaqsmu dawn dawn tal-aħħar, jistgħu jikkostitwixxu pproċessar ta’ data personali għall-finijiet biss ta’ ġurnaliżmu, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn jirriżulta mill-imsemmi video li l-imsemmija reġistrazzjoni u l-imsemmija pubblikazzjoni għandhom bħala uniku skop it-tixrid lill-pubbliku ta’ informazzjoni, ta’ opinjonijiet jew ta’ ideat, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

____________

1     ĠU C 277, 21.08.2017