Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2024 – Rat Pack Filmproduktion vs EUIPO – RatPac Entertainment (RATPAC)

(Kawża T-163/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rat Pack Filmproduktion GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Schmidt u P. Baronikians, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: RatPac Entertainment LLC (Burbank, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali RATPAC - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 336 518

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 877/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________