Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Marzu 2011 - Dogbo vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Blé Brunot Dogbo (Abidjan, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire) (rappreżentant: G. Collard, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li, fir-rigward tar-rikorrent, Blé Brunot DOGBO, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannar 2011, ippubblikati fil-15 ta' Jannar 2011 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ma għandhomx bażi fattwali,

għalhekk,

-    tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta' Jannar 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta' Jannr 2011 ;

-    sussidjarjament, tordna li l-isem Blé Brunot DOGBO jitneħħa mil-listi annessi fl-istess Regolament u Deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali msemmija mir-rikorrent huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk imsemmija fil-kuntest tal-Kawża T-137/11, Guiai Bi Poin vs Il-Kunsill.

____________