Language of document : ECLI:EU:T:2021:441





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021 – Griba vs CPVO (Gala Perathoner)

(Kawża T-182/20)

“Varjetajiet ta’ pjanti - Talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Perathoner - Eżami tekniku - Post tat-test - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Kundizzjonijiet għall-għoti tad-drittijiet – Natura distinta tal-varjetà ta’ pjanta – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikoli 7(1) u 73(2))

(ara l-punt 19)

2.      Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Eżami tekniku – Setgħa tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti li jafda r-responsabbiltà tal-eżami tekniku lil organi kompetenti nazzjonali – Ħatra ta’ uffiċċju ta’ eżami komuni għall-varjetajiet kandidati li jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ mutazzjoni ta’ pjanti – Ammissibbiltà

(Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 55)

(ara l-punti 43, 44)

3.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Portata – Ksur – Konsegwenzi

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2), 47 u 48)

(ara l-punti 52 sa 54)

4.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Dikjarazzjoni astratta – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 59)

5.      Agrikoltura – Leġiżlazzjonijiet uniformi – Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti – Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti jew tal-Bordijiet tal-Appell tiegħu – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2100/94, Artikolu 75)

(ara l-punt 62)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-17 ta’ Jannar 2020 (Każ A 004/2016), dwar applikazzjoni għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Perathoner.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Griba Baumschulgenossenschaft landwirtschaftliche Gesellschaft hija kkundannata għall-ispejjeż.