Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2013 – City Cycle Industries vs Il-Kunsill

(Kawża T-413/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: City Cycle Industries (Colombo, is-Sri Lanka) (rappreżentanti: T. Müller-Ibold u F.-C. Laprévote, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment l-Artikoli 1(1) u 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2003 1 sa fejn dawn jestendu d-dazju antidumping għar-rikorrenti u jiċħdu t-talba tagħha għal eżenzjoni;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrenti u spejjeż oħra subiti f’dan il-każ; u

tieħu kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tikkunsidra xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni u l-Kunsill naqsu milli juru ċirkumvenzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn Sri Lanka u b’hekk wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni, billi:

il-konklużjoni fis-sens li seħħ bdil fit-tendenza tal-kummerċ hija manifestament żbaljata;

il-Kunsill sostna b’mod żbaljat li l-produtturi minn Sri Lanka, b’mod partikolari r-rikorrenti, kienu jittrażbordaw biċikletti li joriġinaw miċ-Ċina lejn l-UE.

It-tieni motiv huwa bbbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ikkonkluda b’mod żbaljat li r-rikorrenti naqset milli tikkoopera u li dan kien jiġġustifika ċ-ċaħda għat-talba tagħha għal eżenzjoni, billi:

ir-rikorrenti kkooperat bl-aħjar mod possibbli;

il-konklużjoni li ssib nuqqas ta’ kooperazzjoni ma hijiex iġġustifikata;

il-konklużjoni tal-Kunsill dwar nuqqas ta’ kooperazzjoni tikkostitwixxi nuqqas ta’ obbligu ta’ motivazzjoni;

il-Kunsill ma ħax inkunsiderazzjoni l-informazzjoni addizzjonali mogħtija mir-rikorrenti.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti fil-kuntest tal-investigazzjoni, billi:ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jikser il-prinċipji ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba;il-komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-fajl inkomplet tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha.Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li ċ-ċaħda li r-rikorrenti tingħata eżenzjoni tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, billi:–    il-Kummissjoni ddiskriminat kontra r-rikorrenti billi tat eżenzjoni lil esportaturi li jinsabu f’pożizzjoni simili filwaqt li ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal eżenzjoni;–    ir-rikorrenti ngħatat l-istess trattament bħal produtturi li kienu naqsu totalment milli jikkooperaw.Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-konklużjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jikkonċernaw il

-preġudizzju u d-dumping ma humiex konformi mar-Regolament antidumping bażiku, billi:–    il-konklużj

oni li l-effett tad-dazju antidumping bħala rimedju kien qiegħed jinġieb fix-xejn hija żbaljata;–    il-konk

lużjoni li tikkonċerna l-antidumping fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni hija wkoll żbaljata.

____________

____________

1 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-2

9 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir

-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Mal