Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2015 – Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs G4S Secure Solutions NV

(Kawża C-157/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding

Konvenuta: G4S Secure Solutions NV

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li, bħala musulmana, persuna tilbes velu fuq il-post tax-xogħol ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni diretta meta r-regola fis-seħħ tal-persuna li timpjega tipprojbixxi lill-ħaddiema kollha milli jilbsu fuq il-post tax-xogħol sinjali esterni li juru konvinzjonijiet politiċi, filosofiċi jew reliġjużi?