Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2009 - Mologen vs UASI (dSLIM)
("Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mologen AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klages, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta' Settembru 2008 (Każ R 1077/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "dSLIM" bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 44 21.2.2009.