Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Novembru 2008 - Bang & Olufsen vs UASI (Rappreżentazzjoni ta' loudspeaker)

(Kawża T-508/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bang & Olufsen A/S (Struer, id-Danimarka) (rappreżentant: K. Wallberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punt 2 tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta' Settembru 2008 fil-Każ R 497/2005-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta loudspeaker għal prodotti fil-klassijiet 9 u 20 - Applikazzjoni Nru 3 354 371

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tal-eżaminatur annullata parzjalment

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja; Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra, b'mod żbaljat, li t-trade mark Komunitarja kkonċernata hija sinjal li jikkonsisti esklużivament f'għamla li tagħti valur sostanzjali lill-prodotti.

____________