Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – Sfera Joven vs EUIPO – Koc (SFORA WEAR)

(Kawża T-493/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SFORA WEAR – Trade marks figurattivi tal-Unjoni Ewropea preċedenti Sfera KIDS u Sfera – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sfera Joven, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Andrzej Koc (Kobyłka, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2030/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sfera Joven u Andrzej Koc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sfera Joven, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 320, 28.9.2020.