Language of document : ECLI:EU:T:2012:435

Kawżi T-168/10 u T-572/10

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Société d’économie mixte d’équipement de l’Aveyron (SEMEA) u

Commune de Millau

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ sussidju li jikkonċerna żvilupp lokali li jikkonsisti fl-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ preparazzjoni u ta’ twaqqif ta’ Ċentru Ewropew għan-negozju lokali f’Millau (Franza) — Rimbors ta’ parti mill-pagamenti mħallsa bil-quddiem — Ammissibbiltà ta’ rikors kontra kumpannija stabbilita taħt il-liġi Franċiża li tneħħiet mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji — Applikazzjoni tad-dritt Franċiż — Kuntratt amministrattiv — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament — Preskrizzjoni — Infurzabbiltà ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Irkupru ta’ dejn — Teorija tal-aċċessorji — Stipulazzjoni għal oħrajn”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2012

1.      Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Rikors ippreżentat kontra kumpannija mneħħija mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji — Evalwazzjoni tal-ammissibbiltà fid-dawl tad-dritt nazzjonali applikabbli

(l-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 256(1) TFUE u Artikolu 272 TFUE)

2.      Dritt nazzjonali — Dritt Franċiż — Irkupru ta’ djun ta’ kumpannija pubblika b’sehem privat lokali li tneħħiet mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji

3.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

4.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni fl-intier tiegħu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

5.      Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament mill-Artikolu 272 TFUE u l-klawżola ta’ arbitraġġ — Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-ġurisdizzjoni — Esklużjoni

(Artikolu 272 TFUE)

6.      Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Applikazzjoni ta’ klawżola għal terz permezz ta’ stipulazzjoni fil-kuntratt fir-rigward ta’ terz — Ammissibbiltà — Possibbiltà ta’ rexissjoni unilaterali — Limiti

(Artikolu 272 TFUE)

7.      Proċedura ġudizzjarja — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ — Rikors promotur — Kundizzjoni tal-forma tal-klawżola — Formalizzazzjoni bil-miktub

(Artikolu 272 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(5)a)

1.      Rikors ippreżentat skont klawżola ta’ arbitraġġ, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, huwa inammissibbli jekk, fid-data meta jiġi ppreżentat, il-kumpannija konvenuta la kellha personalità ġuridika u lanqas locus standi in judicio. Il-liġi applikabbli f’dan ir-rigward hija dik li tirregola l-kostituzzjoni tal-kumpannija inkwistjoni.

F’dan ir-rigward, fil-każ fejn id-dritt nazzjonali jirrikonoxxi l-possibbiltà ta’ risorġiment tal-personalità ġuridika ta’ kumpannija wara l-għeluq tat-tranżazzjonijiet ta’ stralċ meta terz jasserixxi kreditu kontra l-kumpannija li jkun joriġina minn attività soċjali, ikun ammissibbli rikors għall-ħlas ta’ dak id-dejn minkejja t-tħassir ta’ l-imsemmija kumpannija mir-reġistru tal-kummerċ u tal-kumpanniji.

(ara l-punti 52-55, 57)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 52-56, 63-67, 71, 78-83, 85-89, 92-96, 127-128, 154, 156-158)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 99)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 106-107)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 115-119, 123, 148)

6.      L-inklużjoni, f’kuntratt ta’ klawżola ta’ arbitraġġ li tippermetti lill-Unjoni li tippreżenta kawża bejnha u terz quddiem qorti tal-Unjoni ma hijiex kuntrarja għar-rekwiżit tal-Artikolu 272 TFUE, li jistabbilixxi li tali klawżola għandha tkun inkluża f’kuntratt preċedenti mill-Unjoni jew għan-nom tagħha. Fil-fatt, minn naħa, stipulazzjoni fir-rigward ta’ terz tista’ tiġi kkunsidrata bħala stipulazzjoni għan-nom tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, ċertament, jeħtieġ li dak ir-rekwiżit tal-Artikolu 272 TFUE jiġi interpretat b’tali mod li huwa jopponi li l-ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-Unjoni għal kawżi li jikkonċernaw kuntratt tkun tista’ tiġi stabbilita kontra l-volontà tal-Unjoni. Issa, fil-każ ta’ klawżola ta’ arbitraġġ stipulata unikament favur l-Unjoni, din tal-aħħar ma tistax tiġi imposta fuqha kontra l-volontà tagħha.

Barra minn hekk, peress li klawżola ta’ arbitraġġ hija ta’ natura konvenzjonali, xejn ma jostakola l-eżami tal-eżistenza ta’ tali klawżola billi jittieħed kont tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-kuntratti li jirriżulta mis-sistemi legali tal-Istati Membri. Fil-fatt, anki jekk wieħed minn dawk il-prinċipji jiddikjara li kuntratt jorbot biss lil dawk il-partijiet, dak il-prinċipju ma jipprekludix il-possibbiltà li żewġ partijiet jistgħu, permezz ta’ stipulazzjoni fir-rigward ta’ terz, jagħtu dritt lil terz. F’dan ir-rigward, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-kuntratti jirriżulta li l-eżistenza ta’ stipulazzjoni fir-rigward ta’ terz tista’ tirriżulta minn ftehim espress bejn il-parti awtriċi u dik promettenti li jkun intiż sabiex jagħti dritt lil terzi. L-eżistenza ta’ tali stipulazzjoni fir-rigward ta’ terz tista’ tiġi inferita wkoll mill-għan tal-kuntratt jew miċ-ċirkustanzi tal-każ.

Ċertament, il-parti awtriċi u dik promettenti ta’ stipulazzjoni fir-rigward ta’ terz jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, iħassru jew jemendaw il-klawżola li tagħti d-dritt inkwistjoni. Madankollu, b’applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-kuntratti, dan ma jibqax iktar possibbli wara li t-terz benefiċjarju jkun innotifika lill-parti promettenti jew dik awtriċi li huwa jrid jeżerċita d-dritt tiegħu.

(ara l-punti 134-135, 138, 144)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 145-146)