Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Rovi Pharmaceuticals vs UASI - Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals)

(Kawża T-97/11)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROVI Pharmaceticals – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ROVI u trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROVIFARMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rovi Pharmaceuticals GmbH (Schlüchtern, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Berghofer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Farmaceuticos Rovi, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 500/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA u Rovi Pharmaceuticals GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Rovi Pha

rmaceuticals GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk li Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA sostniet matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.