Rikors ippreżentat fit-13 ta' Mejju 2009 - Lan Airlines vs UASI - Air Nostrum (LÍNEAS AÉREAS DEL MEDITERRÁNEO LAM)
(Kawża T-194/09)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Lan Airlines, SA (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, abogados)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Air Nostrum, Lineas Aéreas del Mediterráneo, SA (Manises, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjra li r-rikors, flimkien mad-dokumenti mehmuża miegħu, ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tad-19 ta' Frar 2009 fil-Każ R 0107/2008-4 ġie ppreżentat fit-termini stabbiliti u fil-forma meħtieġa u, wara l-eżami rilevanti tal-proċess, tannulla d-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Air Nostrum, Líneas Aéreas de Mediterráneo S.A.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "LINEAS AEREAS DEL MEDITERRANEO LAM" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.448.061), għal servizzi fil-klassi 39.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja verbal "LAN" (Nru 3.350.899) għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43; u t-trade mark Komunitarja figurativa komposta mill-kelma "LAN", flimkien ma' stilla (Nru 3.694.957) għal servizzi fil-klassi 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda kompletament.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar ir-Regolament (KE) Nru 207/2009).
____________