Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Ottubru 2010 - Umbach vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-474/08) 1

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw kuntratt konkluż fil-kuntest tal-programm TACIS - Talba għal aċċess relatata mal-kawża bejn ir-rikorrent u l-Kummissjoni quddiem qorti ċivili Belġjana - Rifjut parzjali għal aċċess - Talba għal aċċess ibbażata fuq prinċipji li jirriżultaw mit-Trattat KE - Interess pubbliku superjuri"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dieter C. Umbach (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: M. Stephani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Settembru 2008, li tirrifjuta l-aċċess tar-rikorrent għal ċerta data inkluża fid-dokumenti relatati ma' kuntratt intitolat "TACIS Service Contract Nru 98.0414", dwar l-assistenza għat-tfassil ta' kodiċi amministrattiv favur il-Federazzjoni tar-Russja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Dieter C. Umbach huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 32, 07.02.2009.