Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Lulju 2008 - Bayer Healthcare vs UASI - Laboratorios ERN (CITRACAL)

(Kawża T-277/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Healthcare LLC (Morristown, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Laboratorios ERN, SA (Sant Just Desvern, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Trade marks u Disinni), tal-5 ta' Mejju 2008, fil-każ R 459/2007-4; u

tikkundanna lill-UASI u/jew lil Laboratorios ERN, alternattivament jew in solidum, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bayer Healthcare LLC (li qabel kienet Mission Pharmacal Company)

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "CITRACAL" għal prodotti fil-klassi 5, applikazzjoni Nru 1 757 855

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Laboratorios ERN, SA (li qabel kienet Laboratorios Diviser-Aquilea, SL)

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola "CICATRAL" bir-reġistrazzjoni Nru 223 532 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Tiċħad l-appell

Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-provi dwar l'użu tat-trade mark, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-kwistjoni tal-preżentazzjoni ta' traduzzjoni xierqa tal-lista tal-prodotti li fir-rigward tagħhom kienet użata t-trade mark invokata in sostenn ta' l-oppożizzjoni. Barra minn hekk, il-Bord ta' l-Appell evalwa b'mod żbaljat il-kwistjoni dwar l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________