Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2008 - Galileo International Technology vs UASI- GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS (GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS)

(Kawża T-488/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galileo International Technology LLC (Bridgetown, il-Barbados) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Blair, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Galileo Sistemas y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 403/2006-4; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "GSS GALILEO SISTEMAS Y SERVICIOS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 170 167 tat-trade mark verbali "GALILEO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 2 157 501 tat-trade mark verbali "GALILEO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 516 799 tat-trade mark figurattiva "powered by Galileo" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 330 084 tat-trade mark figurattiva "GALILEO INTERNATIONAL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 39, 41 u 42; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 2 159 069 tat-trade mark figurattiva "GALILEO INTERNATIONAL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39, 41 u 42; Sinjali preċedenti protetti f'diversi Stati Membri, b'mod partikulari, trade mark mhux reġistrata, isem kummerċjali, u sinjal, kollha użati matul il-kummerċ tal-prodotti u servizzi speċifikati.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni kontra l-prodotti u servizzi inkwistjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li: (i) il-Bord tal-Appell ma wettaqx evalwazzjoni globali tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni fir-rigward ta' trade marks b'kelma waħda, "GALILEO"; (ii) il-Bord tal-Appell ma evalwax, b'mod korrett, it-trade mark Komunitarja inkwistjoni fir-rigward tal-komponenti ta' trade mark preċedenti li jinkludu l-kelma "GALILEO"; u (iii) il-Bord tal-Appell ma evalwax, b'mod korrett, ix-xebh bejn il-prodotti; Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jibgħat il-każ lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għall-konstatazzjoni taħt l-Artikoli 8(4) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94.

____________