Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l-14 ta' Diċembru 2007 - Steinmetz vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ftehim bonarju - Implementazzjoni ta' ftehim - Rifjut ta' ħlas lura ta' spejjeż fil-kuntest ta' missjoni - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas ta' interess sabiex jitressqu proċeduri - Qsim ta' spejjeż - Spejjeż frivoli u vessatorji)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Robert Steinmetz (Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: I. Choucroun, Avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)
Suġġett tal-Kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2006 li tiċħad l-implementazzjoni kompleta tal-ftehim bonarju milħuq bejn il-partijiet fil-kuntest tal-kawża T-155/05, imressqa quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Is-Sur Steinmetz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu ħlief għall-ammont ta' EUR 500.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tas-Sur Steinmetz sa l-ammont ta' EUR 500.
____________1 - ĠU C 326, 30.12.06, p.86.