Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-21 ta’ Diċembru 2023 – I. J. vs Registrų centras
(Kawża C-789/23, Registrų centras)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: I. J.
Konvenut: Registrų centras VĮ
Domanda preliminari
L-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li kuntratt ta’ żwieġ konkluż fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea ma jistax jiġi rreġistrat fir-Reġistru tal-Kuntratti ta’ Żwieġ meta l-kuntratt ta’ żwieġ ma jkunx fih in-numru ta’ identifikazzjoni personali ta’ mill-inqas waħda mill-partijiet għal dan il-kuntratt, kif stabbilit mir-Reġistru tal-Popolazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun ġie konkluż il-kuntratt taż-żwieġ jirrifjutaw li jipprovdu estratt minn dan il-kuntratt flimkien mad-data personali rilevanti?
____________