Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2013 – Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)

(Kawża T-610/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab USA (St. Paul, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddeċiedi li d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1704/2012-2) hija mibdula sa fejn l-indikazzjoni għall-UE tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1103198 GREASECUTTER hija miċħuda.

tiddeċiedi li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GREASECUTTER” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1103198Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.