Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2010 - Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-353/10 R)
(Miżuri provviżorji - Għajnuna finanzjarja - Nota ta' debitu intiża għall-irkupru ta' għajnuna finanzjarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' osservanza ta' rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' nota ta' debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta' EUR 109 415.20 imħallsa fil-kuntest ta' għajnuna finanzjarja favur proġett ta' riċerka medika.
Dispożittiv
It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati
____________