Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Frar 2012 - L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/06) 

("FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Korrezzjonijiet finanzjarji - Frott u ħaxix - Ħażna pubblika ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Aiello, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u F. Jimeno Fernández, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/554/KE, tas-27 ta' Lulju 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima "Garanzija" (ĠU L 218, p. 12), sa fejn din teskludi ċertu infiq magħmula mir-Repubblika Taljana fis-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-ħażna pubblika ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 281, 18.11.2006.